Skiet Is-Sebħ.
Fis-skiet
is-sebħ
Il-ħolqien
jistenbaħ
U fuq
ġwienaħ il-għana
l-imħabba
tibda ttir
tinxtered
bħal ġmiel fuq sħab deħebieni.
Kull raġġ
isir misteru ħanin
Jaħsel il-blat,
il-baħar
U l-qalb tal-ħlejjaq
kollha.
Trid tiftaħ
qalbek
Għal dak li
tħoss
Għal dak li
jiddi
Bħall-ewwel
raġġ tax-xemx fuq wiċċ l-ilma.
Trid tħaddem
fommok
Bil-lingwaġġ
tal-imħabba
Bħal ġnien
li jċedi l-frott
Għal min
iżuru.
Alfred Grech
12/10/2024
Comments
Post a Comment