Ennui.
O frugħa
tal-frugħat! Kollox frugħa
Bħal kurrenti
f’oċean ma tafx fejn sejjer,
B’ritmi li
dejjem jitwieldu fil-beraħ mistħajjel
Bl-istess
pass, bl-istess żifna
Bl-istess
ħsejjes li tidra f’widnejk.
Ix-xena
kienet għal waqt wieħed
Issa mċajpra
Jintefa’
d-dawl waqt li tkun għadek tfittex,
Fejn hu
l-qofol, fejn hi l-ankra tal-ħin?
Jgħaddi l-ħolm
bħal seqer fuq wied midfun.
Forsi n-nifs
tal-għada mbiegħed
Għad jiftaħ
xefaq ġdid għal min hu minsi.
Alfred
Grech
26/10/2024.
Comments
Post a Comment