Il-Ħmura ta’ Filgħodu.

 

Ħarsa ġdida fil-ħmura ta’ filgħodu

Issaffi l-ħolm qarrieq sabiħ u tajjeb

Iżernaq għdwa ġdida sa mill-bidu

Mar-raġġ ta’ wara rdum araħ jiżżerżaq.

 

Fid-dellijiet li jġibu tama ġdida,

Fis-sema mbagħad jitneħħa velu ieħor

Maż-żifna lwien tas-sliem u tal-imħabba

Bit-tama li mill-ġdid titlwieled ħrafa.

 

Bil-kor tas-sliem l-għasafar qed jistenbħu

Il-weraq li jistejqer ġmielu jfarfar

Man-nida illi jsellem u jisfuma

Man-nifs li dal-jum ġdid bil-ħlewwa jġedded.

 

Alfred Grech

30/10/2924.

Comments

Popular posts from this blog