Żlieġa.

(Versi fuq l-istil Ta’ Baudelliere)

Żlieġa qawwija li tgħum f’riħet l-imħabba mħallta, mingħajr ħlewwa, tqila bħal morsa tagħfas fuq ir-ruħ mejta; l-istess morr tal-ħlewwa msejħa ġenna, jiġbidni lura, bħalma ġuvni jixrob il-velenu tal-mistħija.

Taħt ħitan imċappsin, mimlija dud u traskuraġni, jixref ġaħan, bla mħabba, imkaxkar mill-ħmar il-lejl; u l-ebda xewqa sogħbiena ma tnessih il-piż li jġorr fuq dahru.

Il-ġiżimin iħalli riħa ħelwa waqt li tkun tfittex il-fwieħa tal-ispirtu mħassar, ix-xewqa tiġri wara s-sajjetti li bla waqfien jaħarqu.

F’dan id-dlam ninsab, ikkalpestat mid-dellijiet tiegħi, lil hinn mill-ħitan imdawlin bil-graffitti ta’ żmienna illuminati.

 

Alfred Greech

27 ta’ Ottubru 2024.

 

Comments

Popular posts from this blog