Qawsalla Tal-Għabex.
Bil-passi
ħfief
Fi tmiem
il-jum
Fis-siegħa
tal-qawsalla
Li tagħti
mistrieħ mill-għabex twil
Tal-ħajja fir-roqgħa
dejjiema.
Lewn ġdid
fi skiet imbiegħed
Li jagħti
sens lil kull min kien
F’dawk
kollha li għadhom għaddejjin.
Inneħħu t-toqol
minn fuq spallejna
Tilqgħana l-art
lil hinn mix-xefaq
Fejn ix-xemx
tista’ tistrieħ
Fejn il-lejl
jilqa’ għajnejn għajjiena.
U forsi
qegħ’d hemm
Fis-skiet
tas-sema
Fejn niftħu
għajnejna
U nirkbu
mill-ġdid
Iż-żiemel
tal-ġwienaħ
Bla weġa’
bla ħtija
Bil-ħelsien
li l-ħolm jagħti
Fil-ħin.
Alfred
Grech
31/10/2024
Comments
Post a Comment