Xita tal-Ħin
Bħa nifs ta' riħ, hekk din l-animazzjoni,
Bħall-qatra xita fuq tal-ward il-weraq ,
Tiddawwal għal mument, mbagħad tinqered,
Bħal dell li jdum għal waqt, mbagħad jinħeba.
Kull jum titwieled
xemx fil-milja
tagħha,
Imbagħad tmut ġuf il-lejl fis-skiet jiżżerżaq.
Il-mewġa tal-ħin jeħodna ‘l
bogħod
mix-xefaq,
Għalina l-ħin tiġrib, mhux xi ħolma.
Kemm hi qasira din il-mixja tagħna,
Duħħan li jgħib minn qalb in-nar iħeġġeġ,
Bħall-fdal tal-mewġ mitmum fi xtut minsija,
Fuq moll il-baħħ, fejn hemm l-irmiġġ ta’dejjem.
U
għalhekk, minn
id għall-oħra ngħaddu l-fjamma,
Kull waqt li
jiġi nħaddnu jkun aħħari
Bħal baħar ta’ lejl ċar taħt qamar jiddi
Nixgħelu
ftit, u mbagħad nintfew fil-bnazzi.
Alfred
Grech
08/10/2024
Comments
Post a Comment