Qbel Ma Kien Hemm.

 

Qabel ma kien hemm xejn,

Wara m’hemm xejn lanqas

Ħlief leħen ta’tfajjel inewwaħ.

 

Imqar il-ħlewwa tal-għana tal-għasafar

U r-ritmi ta’ vjolin iħanxar

Jinħoloq teatrin biex inessi

Il-biża’ tal-għada. . .

Nixgħelu dwal li jgħammex

Għax mhux ħabibna d-dlam.

 

Qabel ma in hemm xejn,

Wara m’hemm xejn lanqas

Ħlief leħen ta’tfajjel inewwaħ.

 

Fi-ħeffa ta’ kull ħsieb

Fid-dehxa ta’ waqt wieħed

Issib muftieħ li jiftaħ

Il-bieb tal-ħemda eterna.

 

Qabel ma in hemm xejn,

Wara m’hemm xejn lanqas

Ħlief leħen ta’tfajjel inewwaħ.

 

 

Alfred Grech

06-10-2024.

Comments

Popular posts from this blog