Xita.

 

Forsi issa  li għamlet ħalba xita

Id-dmugħ tal-kukkudrilli jixxotta

U dawk li jgħidu li żammewna

Fuq il-palma ta’ jdejhom

Tiġihom seduzzjoni.

 

L-alla tal-ġenb mudlam ukoll insiena

U baqa’jdoqq il-lira.

Issa wasal ukoll iż-żmien tagħna

Aħna li dejjem ħarisna biss madwarna

U ħadd minna qatt ma ddobba

Viżjoni panoramika.

 

Għalhekk, illum għalxejn innewħu

Għax dan l-għawġ ġibnieħ b’idejna

U x-xlta li issa nieżla qliel

Iġġorna mal-wied tagħha.

 

Alfrred Grech

18/10/2024




Comments

Popular posts from this blog