Frugha.

 

The Simulacrum is never what hides the truth –

It is the truth that hides the fact that there is none.

The Simulacrum is true.

Jean Baudrillard.

 

Mhux is-sewwa li qed jgħatti

Dik il-gidba li mhix hemm

Huwa x-xejn li isaa libes

U jingħaraf mhux la kemm.

 

Mhux is-simulakru jaħbi

Is-santiss’ma verita’

Huwa s-sewwa illi jostor

Li mhemm xejn min dak li ra.

 

U għalhekk issa lanqas tagħżel

Dak li hu minn dak li mhux,

Għaliex dak li fl-għajnejn jidher

Minn  tassew ma tifirdux.

 

Alfred Grech

09/10/2024.

Comments