Xħin Tiftaħ il-Kanċell.
Xħin tiftaħ
il-kanċell
l-art tibda
taħdida mas-sema li jgħattiha.
Ir-riħ
iħoll il-fili ta’ ruħ ikkundannata
U s-skiet
jidher qed jiżfen
Ġo toroq li
jwaħħxu.
Xħin
jogħola s-siparju
Id-demm
jiżvina fil-vini taż-żmien
U l-warda
ta’ bil-lejl
Tistieden lill-insetti
jdakkruha.
Fuq weraq
il-ħarifa
Raġel mimdud
jitkellem mal-kwiekeb
U qamar
barbaġann
Jistgħad għal
ġrieden.
Iżda l-qmar
jibqa’ sieket
Irażżan is-skiet
tiegħu
Sigriet moħbi
ġo warda tistaħba fid-dlam.
Werqa
żebbuġa ġġib magħha sħab ċomb
U qawsalla
tħabbar it-tempesta.
Issa
l-għarusa tkun tista’ jisgħobija
Għaliex il-lejl
wasal mingħajr għażla.
Alfred
Grech
04/10/2024.
Comments
Post a Comment