Versi Fuq Stil ta’ Ħafiż
“E il mio discorso più bello e più denso
Esprime con il silenzio il suo senso”
(L’Arcobaleno, Giulio Rapetti (Mogol))
Fuq xefaq il-lejl jiddi
l-qamar
Bħal tislima mqaddsa
Ġo dinja ta’ tbatija.
Fuq l-għatba ta’ qalbi
Xuftejk jagħmlu ħoss ħelu
U mħabbtek bħal rixa
Tintrefa ’l-fuq mar-riħ
Ħafifa.
Għax tiġi bħal dawl
perpetwu
Moħbi minn kull għajn
Bħal ħolm ta’ xi qaddis.
Min jgħid li l-imħabba
mhix tassew
Qatt ma rak u qatt ma sema
b’ismek
Lanqas ma ħass is-ħana
tal-ferħ tiegħek.
Kull ġawgħra fid-dinja
Mera t’għajnejk
Li jilmgħu ċar fid-dlam
tal-lejl.
Kull nifs mimli
ħlewwietek.
Irrid infittxek
Irrid nimxi ma taħbit
qalbek
Għax jien kont trab
Iżd’inti ilma ġieri
Li ssaqqi ruħ imxenqa
l-eternita’ moħbija f’għajn
ir-ruħ.
Alfred Grech
02/10/2024.
Comments
Post a Comment