Lil Għawdex

(F’Jum Għawdex)

 

Nixtieq  niftaħar bik u nibqa’ ntenni

l-annali tal-istorja w nagħti ġieħ

u nsemmi kif missirijitna ħelsu

mil-madmad tal-barrani minnufiħ.

 

Iżda f’dal-jum ridt nagħmel riflessjoni,

Nistqasi mistoqsija b’ton vistus:

Kemm għadek tassew ħieles, bla mittiefes,

Mill-ħakma ta’ min għandu ħafna flus?

 

Alfred Grech

28/10/2024.

Comments

Popular posts from this blog