Kantiku Lil Mewt Ħabiba.

 

Int tista’ tkun fil-qrib inkella mbiegħda

Għajnejk jixgħelu daqs fjamma ta’ xema,

Tiġix imbeżża nkella b’wiċċ imqarras,

B’imħabba ejja t’omm lejn it-tarbija.

 

Jista’ jkun issa l-waqt fil-ħin tal-ħemda

Issakkar il-kanċell fis-sliem u s-sewwa,

Għax bħal fix-xemx, kull dell irid jitwieled

Bħax-xitwa illi tostor iż-żerriegħa.

 

Min baqa’ li ima fehmx dan il-misteru

Meta fi ħdanek hemm l-akbar tifsira,

Tad-dawl li qatt jmut separju jitla’

Ħa nkunu nafu sew x’hemm wara l-velu.

 

Issa’ huwa l-waqt li nieqaf ftit u naħseb

Quddiem it-triq li naf sew fejn trid twassal,

M’hemm l-ebda mafkar illi jibqa’ għal dejjem,

Kien hemm min it-trapass ħajj’oħra fassal.

 

Kien hemm min f’waqt ta’ skiet sab it-tifsira,

Kien hem min ħażen sew fl-għena tal-għada,

Int tista’ tkun mhux il-ferħa għal min jistenna

Int tista’ tkun muftieħ għal bieb tal-ġenna.

 

Alfred Grech.

4 ta’ Ottubru 2024

Festa ta’ San Franħisk T’Assisi

Comments

Popular posts from this blog