Xi tfisser Il-Poeżija.

 

X’tista’ tfisser għalija l-poeżija?

Il-poeżija ferħ! Ħoss jibqa’ jidwi,

Ħoss f’moħħ seren li għad jibdillek ħajtek.

Hi nifs ħieles ’l-fuq mill-ġenn tal-ħajja,

Pont ġdid f’xifer il-ħsieb, f’xifer il-ħarsa,

It-taraġ illi jwassal sal-abbissi.

Hi xogħol sieket ta’ fomm li mank jitkellem,

Jonġor il-kliem u jiżra’ f’art għammiela

 

X’taħseb li hi, għalija l-poeżija?

Ħarba ħelwa f’waqt wieħed tal-ġurnata,

Nisġa’ ta’ ħolm għal min biss lanqas jara,

Tnehida ta’ strument f’idejn l-imgħallem,

Lingwaġġ li nies tal-lum ftit għadhom jifmhu

Iżda li bil-ħoss tiegħu se jirxoxta

Lir-ruħ biex togħla ’l-fuq minn kull akkuża.

 

Alfred Grech

21/10/2024.

Comments

Popular posts from this blog