Taħt Siġra Tal-Lews Morr.
Nogħnos
taħt is-siġra tal-lews morr
Bħal xita
kiesħa ż-żahar moħlija
Minn taħt
it-trab titwieled l-għanja fqira
Ta’ wġiħ u
ħolm u snin mormija.
Inġazza
r-riħ b’subajħ imberfla
Idoqq il-flawl
ta’ għadmi b’ton miksur
Filwaqt li
l-lejl imbid tad-dellijiet isawwab
U l-kwiekeb
jirtiraw ġo ġuf misjur.
Il-kwiekeb
tqalu, kesħu u mmutaw
Il-qamar silet
xabla
Nifed il-velu
ta’ sema muġugħ
U l-ilma
tan-nixxiegħa qed jgerger
Fil-beraħ
miftuħ
Irqadt taħt
siġra tal-lews morr
Fejn l-iħirsa
jirtogħodufiż-żfin tagħhom
Fejn jirgħu
inkiss inkiss l-uħux fir-resħa
Qalb l-geruq
u d-dlam li jġorru magħom.
Ħa jwarrad
il-ward biex jgħatti ismi
Il-petali
jfesfsu għana misterjuż
Għax f’dan
il-waqt t’affann u dwejjaq
Il-mewt issir
ir-rahan prezzjuż.
Idfnuni
fl-art ta’ mingħajr ħsejjes
Fejn hemm
il- għana u l- holm mieles
Warajja r-rima
tat-telfien u imħabba
Sabiex mingħajr
il-ktajjen nimraħ ħieles.
Alfred
Grech
10/10/2024
Comments
Post a Comment