Aktar Ma Ried Is-Skiet.

 

Aktar ma ried is-skiet, il-ħsejjes

Żdiedu. U ma kien baqa’ l-ebda spazju

Fejn seta’ jimraħ. Aktar max-xjuħija

Bdiet tagħmel tagħha, aktar bdiet l-ingassa

Tal-ħsibijiet u l-morsa tross tal-biża’

Ta’ x’jista’ jkun it-tmiem.

 

                                                            Taħbita moħbija

Fil-qiegħ ta’ moħħ magħluq il-waqtiet seħtet

Ta’ kif l-imgħaoddi seta’ kien mod ieħor

U kif it-tmiem jekk mhux bħal dak ta’ warda

Li tiftaħ qalb il-ħmura ta’ filgħodu

U tmut ġo xi vażett mewt oħr’ ugwali.

 

l-imħabba li tixjieħ hi ħolma mqanqla

għax inqas ma ddum tkarkar inqas tweġġa’,

u xejn ma jista’ jwaqqaf għax jiżżerżaq

il-ħin u għax fis-skiet li l-aħħar kelma

tista’ tingħad, għax tkun l-aħħar taqbida.

 

Alfred Grech

18/10/2024

 

Comments

Popular posts from this blog