Wied L-Infern.
Lilhinn mill-agħa tal-folla
Ix-xewqat li qatt ntilfu
Jirgħu u jitlajjaw
fil-kesħa ta’ Wied l-infern.
Lilhinn mill-agħa tal-folla
Il-baħar jimla’ u jofroħ
Bħal sider tiegħla u nieżel
Mal-hoss ta’ qalb qed tħabbat.
Għax xejn ma joqgħod kwiet
U ħadd ma jibqa’ wieqaf
In-nies titħabat dejjem
U l-ilma tal-gelgul
Jintona ż-żmien għaddej.
Irrid immur x’imkien
Fejn is-seħer iberred id-dieqa
Inġazzata ġewwa sidri
Il-bogħod min-nies
Li jagħmlu l-ħajja daqshekk tqila
Fejn l-aħħar raġġi tax-xemx fietla
Imellsu ’l-ruħi.
Alfred Grech
24/09/2026
Comments
Post a Comment