Ħallieħ Ħa Jgħaddi ż-żmien.

 

Hallieħ ħa jgħaddi ż-żmien

Xmara li qatt ma tistaqsik

Jekk intix lest taqsamha.

 

Tiġrix wara l-kurrent

Lanqas tħaqqaqha mal-minutiera tal-arloġġ

Imqar għal siegħa waħda

Lanqas għal darba biss ma trid tistħajjel

Verżjoni ġdida għalik innnifsek.

 

Ħalliħ ħa jaqa’ r-ramel

Minn bejn subgħajk

Iġorru l-ħsibijiet tal-bieraħ

U l-għeltijiet tal-għada.

 

Għax ix-xemx titla’

Imqar jekk tibqa’ rieqed

Il-weraq jaqa’

Imqarr jekk ma ssellimx

Imqar jekk tibqa’ sieket

 

Ħallieħ ħa jgħaddi ż-żmien

Filwaqt li tikkuntempla

Id-dawl jitkaxkar mal-art

Il-kitla tibda ssaffar

U r-radju tal- ġar tiegħel

Li ma jistaqsix

Jekk tridx tisimgħu.

 

Ħallieħ iż-żmien għaddej

Bħal ferrovija li ma tilħaqx

Int ibqa’ hawn

Tixtarr l-għabra tgħum fir-raġġ tad-dawl

Terfa’ t-toqol ta’ ġismek

Ankrat ma dan il-waqt.

 

Inti mintix megħlub

Għax jista’ jkun li hekk

Għad tista’ tasal

X’imkien.

 

Alfred Grech

21/09/2026

Comments

Popular posts from this blog