Xi Tfisser?
Xi tfisser din id-diskursata
Jekk f’qiegħ il-baħar aħna ma
ninżlux,
Xi jfissru dawn il-wegħediet
kollha
Jekk x’hemm taħt dawn
il-maskri ma nikxfux?
Xi tfissser din i-mixja
twila
Jekk it-tifsira tagħha ma
nifhmux
U lanqas saħħa ma jibqagħlna
Biex niġġieldu l-mostri li
ma nafux?
Xi jfisser meta tiġi tgħidli
Illi mingħajri inti ma
tgħaddix
Jekk din ma tkux għajr skuża
oħra
Biex il-qiddiem inti tibqa’
ma timxix?
Xi jfisser dan kollu?
U issa f’daqqa waħda ntbaħna
Li sirna anakroniżma.
Alfred Grech
10/04/2026
xi
Comments
Post a Comment