Xejn Mhu Jiġri.

 

Ikun hemm żmien li mqar ’kk insodd widnejja

Li l-ħsejjes ta’ madwari qatt ma jaqtgħu

Minħabba l-ossessjoni illi ngħodos

Minflok li niggalleġġja fuq wiċċ l-ilma.

U jkun hemm żmien nixtieq li lanqas nisma’

U nagħmel ta’ bir-ruħi xejn mhu jiġri,

Li miniex hawn, li ż-żmien kien issa wieqaf

’Mma nibqa’ kkundannat li nibqa’ nisma’

Dak li ma ridx, mingħajr ma jirnexxili

Li nagħmel ta’ bir-ruħi miniex nisma’.

 

Alfred Grech

31/03/2026.

 

Comments

Popular posts from this blog