Vortiċi.
Vortiċi jdur
madwari,
Imqar li
nista’naf x’qed jgħidu
Dawk t’hemm
barra,
X’qed jistennew
mingħandi
Xħin nitperreċ
fil-gallerija;
Jekk hux xi
kerubim bix-xabla tan-nar
Iddur dawra
mejt – hawnhekk ħadd ma jidħol
Inkella djaknu
stunat
Jintona l-Eksultet.
Vortiċi
jdur madwari
Dari kont
aktar kuraġġjus
Illum ma
baqgħali ebda ħajra
Li noħroġ
nisfida
Lid-dellijiet
ta’ mal-ħitan
U l-iħirsa
li jiġġerrew
U s-simulakri
li jgħammru
Fil-baħħ ta’
dawn it-toroq,
Inkella l-istatwi
tal-karta pesta
Jikkuntemplaw
l-allat foloz li ħalquhom.
Jekk noħroġ
ikun biss
Sabiex infittex
ilwien ġodda.
Alfred
Grech
Sibt
Il-Għid.
04/04/2026.
Comments
Post a Comment