Ksssandra.
Trid tmur lilhinn mis-swar
ta’ Trojja
Biex tistaħba mill-allat
Biex tisma’ l-kliem minn
taħt l-ilsien
Irjieħ tan-nar u qilla li
għad tiġi
Jibilgħu torrijiet bħal
ilsna tal-maħbuba.
Jien ma niskirx biex ninsa’
jew biex naħrab
Għax dejjem nerġa’ niġi minn
fejn tlaqt.
Għajnejha jgħarfu dak li ħadd
ma jara
Leħinha ta’ ċawlun maħnuq
Kulħadd jiddieħaq,
jissiġilla l-qirda
U hi triq twieżen pis li ma
tiflaħx.
It-twissijiet minn qalb
iċ-ċpar
s-saħta tal-profeta
iżda f’irmied is-skiet
iwerżaq
jiltewa l-ġejjieni għal min
irid jisma’
tard wisq, dejjem tard wisq
bħall-lament ta’ kull poeta.
Alfred Grech
11/04/2026.
Comments
Post a Comment