Tħossok bħali?
Ix-xefaq jgħib
Minn wara l-billboards
Iwiegħed rotot oħra li jinħallu
Fit-traffiku stallat
Ta’ dak li jista’ jkun?
Iżda xorta waħda l-arja
Qed tħarrek fewġa ġdida
Li ġġor l-għabra
Ġejja minn x’imkien il-bogħod
Għal x’imkien ieħor.
Saqajk inkullati
Ma l-istess naħħa tal-paviment
U l-ġranet ta’ ħajtek jiċċajpru fuq skrin
Jitimgħu l-istess tpetpit
Bħal romblu li baqa’ dejjem
Idur fuq l-istess post.
Idejk jittwalu għal kikkra kafe
Li issa kesħet
Fil-but iċ-ċwievet
Li ma jiftħu xejn ġdid
U l-GPS jurik iċ-ċirku traċċjat
Madwaar il-blokk ta’ bini
Li qatt ma tkun ħallejt.
Tħossok bħali li m’int sejjer imkien?
Alfred Grech
02/03/2026
Comments
Post a Comment