Kull Meta.

 

Kull meta t-tifkiriet

U t-tikek tan-nostalġija

Jibdew jaħarqu l-vixxri

U l-ponot tas-subgħajn

Jitilfu s-sensazzjoni

Inħoss li ħriġt minn ġismi

U nsibni x’imkien ieħor.

 

Kull meta nqum filgħodu

U l-ħajra illi noħroġ

Minn taħt il-friex

Tonqos bil-qatigħ

Inħosni bħal iltim

F’pajjiż li ma nafux

U f’dinja bla tifsira.

 

Kull meta nħossni waħdi

Bla saħħa u mingħajr ġieħ

Inġorr fil-but il-ħażna

Li tibqa’ mill-għanjiet

Niftakar fir-rebbiegħa

li waħdi jien miniex

Niftakar l-għandi lilek

O poeżija.

 

Alfred Grech

26/03/2026

 

Comments

Popular posts from this blog