Int Tlumni?

 

Int tlumni  jekk tarani

mix-xfer mort lil hemm

u stajt inħares l-isfel

u nara ftit x’kien hemm?

 

Int tlumni jekk għal darba

Sfidajt jien lix-xitan,

U stajt inħares f’wiċċu

U kollox kien duħħan?

 

Imqar jekk stajt nittawwal

Imqar jekk m’għadnix pur

Imqar jekk stajt ninħaraq

U nbdilt minn kull kulur.

 

Naf x’hemm in-naħħa l’oħra

U b’hekk jien xewqti qtajt

U b’hekk stajt nara sewwa

Il-ktiba fuq il-ħajt.

 

Alfred Grech

05/03/2026.

Comments

Popular posts from this blog