I-Ċinju. 2

 

Tgħum fuq wiċċ l-ilma

Mistoqsija bajda

Imnaqqxa minn ġoċ-ċpar taħsibha lira

Hi sliem qadim mingħajr apoloġija

Ġwenħajha jżommu d-dawl ta’ talba ġdida.

 

Cygnus jiftakar:

Maħbub mitluf fin-nar tal-karru

Trasfigurat f’ baħħar ta’ dejjem

Jibki lil-mewġ li qatt ma jwieġeb lura,

Inkella d-dell ta’ Leda b’Zeus moħbi

Bjuda mibdula f’seduzzjoni –

Fosdqa illi welldet uġigħ l-imperi.

 

Iżd’issa s-siegħa tmil bit-toqol tagħha

Bil-mod jinfetħu l-ġwienaħ l-għana jibda’

Mhux ħlewwa din ’mma biss l-inevitabbli

Ixerred verita’

Li l-ebda lsien ma jlissen.

 

L-imħabba qiegħda tnawwar

Iż-żmien iġebbed

U r-ruħ bandiera bajda fuq sfond iswed.

Biss ġħanja waħdanija fuq wiċċ l-ilma

Lanqas id-diwi

Imwejjeġ fuq xulxin li jerġgħu lura

Sabiex imbagħad jissawwar

Bħad -dell li jibqa’ jħuf

Il-mit li jrid jintiret.

 

Alfred Grech

19-02-2026.

Comments

Popular posts from this blog