Għaliex Intefa' N-Nar?
Għaliex intefa’ n-nar?
Spiċċalu l-ħatab u l-ġamar qed idub
Taħt il-gradilja velu ta’ rmied iswed.
L-irmied hu kollu ħolm
Il-ħolm li għexna
Il-marki tas-saqajn fuq xatt
il-baħar
Tlissin minn taħt l-ilsien
Imnaqqax fuq il-blat mikul bir-raxx.
Għexnihom il-waqtiet
Fis-skiet tal-għabex
Itektku qsim il-qalb b’ għasliġ
ta’xwejjaħ
Bit-tama illi xrara tieħu l-ħajja
U tkebbes mill-ġdid fina l-ħerqa
Li jaf għadamna.
Għaliex in-nar intefa’?
l-irmied ma jarmix sħana
il-ġamar diwi biss f’widejn it-torox
u d-duħħan miti jitgħawġu
Li jiżolqu bejn is-swaba
biex għad mill-ġdid noħolmu
li tkebbes reġa’ n-nar.
Alfred Grech
26/03/ 2026.
Comments
Post a Comment