Għaliex In-Nar Intefa’
Għaliex in-nar intefa’ meta
stajna
Bil-ħeġġa nġorru t-toqol tul
it-triq
Buffura ma kienetx u lanqas berqa
L’għamietna jew waqfitna f’nofs
ta’ triq.
Xi jmewwet lil dir-ruħ li tibqa’
tfittex
Minkejja li għalqilha wkoll iż-żmien;
U qatt ma ħabblet rasha x’jiġri
l-għada
U qatt ma sabet niċċa fejn tistrieħ?
Għax issa lanqas ngħid li ż-żmien
kien għadda
Inkella li ma nafx jew m’għandix
ħin,
Irrid indarri lil nnifsi ngħix
mingħajrkom
U l-ħolm li dejjem ħlomt għal
ħafna snin.
Alfred Grech
17/03/2026
Comments
Post a Comment