210
Tiegħek ritratt qadim li jibqa
mwaħħal
Biex min ikun għaddej jiftakar
jibqa’,
Tqanqila u dehxa waħda ta’ minuta
U nkun insejt kif ninseġ poeżija.
Bħal daqqa t’għajn lil xbieha fuq il-mafkar
Min waqaf għal ftit ħin kien
dejjem mgħaġġel;
Tinsiex li xħin qed ngħanni dina
l-għanja
Inkun immiss il-wiċċ tal-ilma
qiegħed.
Għadira fejn hemm jgħumui biss l-insetti
Inkella wiċċ il-mera tirrifletti
l-immensita ta’ dak li hemm ġo
fija
li huwa mmakulat u jibqa’ għal dejjem.
Tkun xrara waħda biss li terġa’ tqabbad
In-nar divin inkella kewkba
feġġa.
Alfred Grech
19/03/2026
Comments
Post a Comment