209. *
Kull meta leħni nsemma biex
ngħannilek
Id-dwejjaq bħal-liżar tal-għodwa
jgħibu
U s-solitudni titlaq bħalma
titlaq
In-nida f’wiċċ l-irdum u f’wiċċ
il-weraq.
Hi biss il-melodija illi ttaffi
Id-diwi qalb il-baħħ ta’ din id-dinja,
Inkiss, inkiss fin-niżġa tal-għanqbuta
Ismek hu l-aħħar nota f’sinfonija.
Id-dellijiet jixxabtu jew jitilqu
Biex jiggranfaw b’nofs qalb ma
kull quċċata
Il-baħar tat-tqanqil li jibla’
kollox
Jurini l-vojt li tħalli
l-maltempata.
Din tista’ tkun offerta nkella
talba,
’Mma l-għanja tiegħi tibqa’ bla
tweġiba.
Alfred Gech
12/03/2026.
*F’għeluq is-sena mill-mewt ta’
Ommi.
Comments
Post a Comment