208.

 

Il-kliem li bih titkellem iħawwadni,

Sirt tifel zgħir u nħossni ta’ bla ħila;

Iġiegħlni ninsa’ fejn sal-lum kont sejjer

U nħossni qed inbiddel il-bandiera.

Inħossni li rrid nibda nilgħab logħoba

Mingħajr ma naf x’inhi, mingħajr ma nilgħab

Nistaqsi mistoqsija wara l-oħra

Bex nara hawn kif ġejt u mnejn se noħroġ.

Il-kliem li bih titkellem iħawwadni,

Infittex tarka, nfittex kif nilqagħalu,

Infittex skuża nkella noħloq ħrafa,

Inkella s-skiet! ’Mma skiet mhuwiex tweġiba.

U jista’ jkun ukoll li kien tort tiegħi,

Għax nogħoġob lill-kulħadd, mhux lili nnifski.

 

Alfrred Grech

10/03/2026.

Comments

Popular posts from this blog