Nixtieq.
Nixtieq nistaqsi din saritx xi drawwa,
Inkella dak li tħoss huwiex a b’oħra
Inkella kull xintilla saret kewkba
U jien ninbidel f’wieħed mit-tlett Maġi.
Nixtieq jien naf jekk
din hijiex imħabba
Li tgħid li għandek int jew litanija
Għax tħossok aktar komda biex ittenni
Fil-friex li int ħejjejt għalik innifsek.
Nixtieq nistaqsi wkoll safejn se twassal
Dil-mixja ta’ mingħajr destinazzjoni
Li twassal għal imkien, għax hawn sibt ruħi
Filosfu qed ifittex soluzzjoni.
Se nkompli din il-mixja b’dan it-toqol
U ngħid ukoll li stajt għaddejt mingħajrha
Li nieqaf hawn inkella nerġa’ lura
Itqal ikun minflok ma nkompli miexi.
Alfred Grech
26/02/2026
Comments
Post a Comment