M’hemmx Isbaħ.
M’hemmx isbaħ minn titjira b’dawk
il- ġwienaħ
Li rabbejt, jew li ħdimt bin-nifs
li tajtni,
Biex inħossni hekk ħafif
sabiex nisfida
Imqar ix-xemx li naf li ser
taħraqni.
U kbira tkun il-waqa’ minn
dak l-għoli
U naf li ħadd ma jiġi biex
jiġborni.
Ma jimpurtax! Inkun irbaħt il-biża’
U ħriġt minn ġo qoxorti
għall-wiċċ i-beraħ.
Is-sħab inħobb għaliex
is-sħab bla sura,
Is-sħab li jiġri qisu żiemel
sfratta
U jieqaf ċass bħalkieku jrid
jinkwadra
Biex tilmaħ fiħ il-forom li
trid tara.
Alfred Grech
08/02/2026
Comments
Post a Comment