Fit-Tarf tat-Triq.
L-asfalt spiċċċa hawn, ħaxix ħażin u xefaq,
Jilqek is-skiet bħalkieku ħabib minsi,
It-traba joqgħod bil-mod, tiltewa l-mappa
Fit-tarf li jibla’ l-aħħar xrar tal-għodwa.
Id-dispjaċir bħal riħ mix-xquq tat-tieqa
U dak li fir-ruħ tnaqqax jistrieħ issa,
Diwi ta’ daħk u krib stampat fil-mera
Salib it-toroq hawn; mhemmx aktar għażla
Hemm biss it-toqol ta’ kull pass li ħadna.
Din xitla illi tinbet qalb il-ħerba
Qawmien mill-ġdid qalb tant deżolazzjoni;
It-tarf ma jkunx battal isir bieb ieħor
Fiċ-ċpar ta’ tarf il-jum bil-wegħda t’għada
Fejn tmur tistrieħ lilhinn jew ma tafx aktar.
Twelid mill-ġdid, jew jinżel is-siparju.
Alfred Grech
23-02-2026
Comments
Post a Comment