206.
Hemm oqsma għalik fejn inti
tista’ timraħ,
Bir-ritmi ta’ kuljum bla
taqta’ nifsek,
Għadajjar fejn tistagħdar
bla tixxarrab
U timxi bla tistaħba fi Ġnien
l-Għeden.
Dirgħajn miftuħa jridu jħaddnu
lilek
Xuftejn mimlija bews,
għajnejn mixtieqa,
Iżd’inti tift it-triq ma
tafx fejn sejjer,
Inkella għaliex dil-mixja
tkompli sejra.
U ta’ kuljum xħin tqum, terġa’
tistembaħ,
Mis-sakra li tkun fiha,
mid-delirju,
Tintebaħ li xi ħaġa tkun
inbidlet
Fid-damma ta’ kujum ta’
dit-traġedja.
U tħoss li m’għadekx hawn,
li qed titbiegħed,
Biex tersaq lejn id-dlam ta’
bla tifsira.
Alfred Grech.
Festa ta’ San Pawl Nawfragu
10/02/2026.
Comments
Post a Comment