Xi Jfisser il-Milied Għalik?
Xi jfisser
il-Milied għalik
Jekk jibqa’
għaddej il-mewġ taż-żmien iħabbat
Max-xtut u
ż-żonqor tal-blat tiegħek
U tmewwet
kull aptit bla ma tintebaħ?
Xi jfissu
dal-waqtiet ta’ ferħ u hena
Jekk l-għada
terġa tqum u tkompli taqdef
Ġo baħar
jibla’ l-art u tibqa’ tgħarrex
Biex tara
jekk hemmx skoll, fejn hemm nasba.
Ma jfisser
xejn. Iż-żmien mhuwiex ħlief ħabel
U int
għaddej bil-logħob t’ekwilibrista,
Taħtaf kull
waqt u ġġorru fit-tifkira,
U tibqa’
għaddej mingħajr ma tħares lura.
Alfred
Grech
23/12/2025.
Comments
Post a Comment