Tiranni.

 

Jaqgħu l-kwiekeb

U jsiru munġbell ġamar

Jinstemgħu jerġgħu l-ħsejjes

Tas-skiet li jidwi

Mill-vixxri ta’ dinja li li baqgħet twelled

Il-karba tal-allat

U r-rabja tat-titani

Li tilfu l-ġdlieda tagħhom.

 

Issa hawn intom biss

Tippriedkaw lil-fidili

U lil dawk

Li jagħtu widen

Għal=-ħrejjef illi ttennu.

 

Alfred Grech

06/12/2025

Comments