Sirt Għami.

 

Sirt għami, mutu u trux bħat-tlett xadini

U lanqas ma rrid nemmen li qed nara,

Jinqalbu ta’ taħt fuq il-ġerarkiji

U dak li sal-lum ħadna bħala s-sewwa.

 

Jiċċaħdu l-ħbieb, jitkissru l-alleanzi,

Il-pappagalli jtennu l-istess ħsejjes,

Il-kukkudrilli jirgħu fl-istess ħama

Lejn tarf l-irdum titmexxa l-meħla gwejjda.

 

Jiftaħru l-mimlijin bihom infushom

Li s-sliem jistriħ biss qiegħed fuq spallejhom,

Mill-banda l-oħra jsawwtu ’l-min hu dgħajjef

U jaħtfu bla ma jroddu l-ġid tal-bqija..

 

Hemm leħen illi jidwi  qalb il-ħerba:

Mhux fit-taqbid tal-bniedem il ġejjien.

 

Alfred Grech

09/12/2025

Comments

Popular posts from this blog