Min Jiflaħ Dan It-Toqol?
Min jiflaħ
dan it-toqol
Imqar jekk
hawn il-ġenn
Xi jneħħi
dawn it-tbajja?
U fejn se
ssib ftit kenn?
Kif twaqqaf
geġwiġija
Jekk xejn
mhemm ippjanat?
Kif ser
issib irkabtu
F’dal ġiri
ndemonjat?
Kif terfa’
dan it-toqol
B’dal ġisem
immankat
B’dir-ruħ
li tilfet u ilha
Ix-xrar
immakulat.
Alfred
Grech.
23/12/2025.
Comments
Post a Comment