Int Waħdek Għad Tintebaħ.

 

Int waħdek għad tintebaħ bla ma ngħidlek

Li t-triq li qbadt hi biss aljenazzjoni.

Int tgħid li qed tifhimni iżda f’moħħok

Hemm biss it-tentazzjoni li tiskopri.

Jien naħseb f’kull ħmerija illi f’ħajti

Wettaqt u din tkun oħra li tmur magħhom

Għaliex għalkemm għalik xejn sens ma jagħmel,

Kull kurrent illi fuqu qed ninġarru

Ġej mill-allat, mhu ġej min imkien aktar.

Int forsi tista’ qatt ma tifhem ’l-għala

Resqin it-tnejn sabiex immissu s-sema

Li qatt ma nistgħu nilħqu iżda illi

Ġo fina tibqa’ dejjem l-illużżjoni

Li b’qabż’ oħra fil-baħħ għad nidħlu l-ġenna.

 

Alfred Grech

11/12/2025

Comments

Popular posts from this blog