Illum Wasalt Fix-Xifer

 

Illum wasalt ix-xifer,

Irrid li lura mmur

Biex niġbor dak li ntilef

Mat-triq kull fejn iddur.

 

Biex noqgħod nikkontempla

Dak kollu li ħallejt

Warajja jgħaddu u jaħrab

Minn kull fejn jien għaddejt

 

Dak kollu li sawwarni

F’kull tarġa’ jew f’kull stat

Jew dak lli ma tajtx kashu

Għax kont wisq aljenat.

 

Biex nerġa’ nikkuntempla

Dettalji jew waqtiet

U nerġa’ nibda’ ngħixhom

Nixtarrhom hawn fis-skiet.

 

L-arloġġ idur bil-kontra

U nerġa’ minn fejn bdejt,

U nerġa’ f’dawk il-passi,

U nifhem minn fejn ġejt.

 

U nerġa’ nżur kull waħda,

U niġbor il-biċċiet,

Rubini illi nsejthom

Fil-ħajja li għaddiet.

 

Indommomhom waħda waħda,

Kullana tifkiriet

Imdawwra madwar għonqi,

Iħirsa ta’ waqtiet.

 

Alfred Grech

04/12/2025

Comments

Popular posts from this blog