Għax Għadkom Għaddejjin?
Għax għadkom
għaddejjin?
Ma rbattux
il-brejkijiet
Taraw qiegħdin
b’għajnejkom
Il-morsa
dejjem tross.
Għax
għadkom għaddejjin
Tiżolqu fuq
wiċċ l-ilma?
Intbaħtu li
għalxejn
Ir-riendi
mhux f’idejkom.
Għaliex ma
tistembħux?
Il-logħoba
ġa mitllufa
Nieżlin
ilkoll tiżżersqu
U mhemmx ma
xhiex iżżommu..
Għaliex ma
tistqarrux?
Għaliex ma
teqfux ħawn?
Fil-blugħa
ta’ dil-logħba
Li mhix
ħlief teatrin.
Alfred
Grech
22.12.2025
Comments
Post a Comment