Stennejtek.
Stennejtek tiġi
Bħal meta fl-avvent tistenna
Lid-divini jerġa’ jitwieled.
Iżda bejnietna
Baħar jaqsam,
U l-oċean tal-infinit.
Stennejtek terġa’ tiġi
Għalhekk infexxejt
Nimla kullimkien
Bl-ilwien u bix-xintili.
Biex bħalkieku ngħatti
Jew nimla l-baħħ
Ta’ ġewwa fija.
Alfred Grech
L-Ewwel Ħadd tal-Avvent
30/11/2025
Comments
Post a Comment