Lili Ħallejtni Hawn.
Ħallejtni
hawn nixtarr id-dnubiet tiegħi
U lilha ħtaftha
u fuq is-sħab għollejtha
Tinġarr fuq
l-ispallejn kif jixirqilha
U rasha
dawwartiha b’dijadema.
Ħallejtni hawn
it-tifkiriet inġedded
U nfakkar
lili nnifsi b’ħafna sogħoba
Għal kull
nuqqas intenni mantra antika
Ta’ min
jiddisjaċiħ bla ma jsib skużi.
Għax ma
flaħniex inżommu l-fjamma tixgħel,
Naqsilna l-karburant,
ġew il-buffuri,
Inkella konna
għajjiena nġorru t-toqol
Ta’ dak li
ta’ kuljum kien iċedina.
U jen
esploratur sirt f’daqqa waħda
Innawfragat
bejn Xilla u bejn Karibdi.
Alfred
Grech
02/11/2025.
Comments
Post a Comment