Li Kieku.
Li kieku llum kont għadek fjamma
tixgħel
Li tlebleb qalb ir-riħ bla
ma tintefa’,
Li kieku għadni nista’ wkoll
nittawwal
Fi ħbub għajnejk biex nara
lili nnifsi.
Li kieku baħri kont jien
mhux tal-bnazzi,
It-tul tal-oċean kont nista’
nkejjel,
U nsalpa sa ma nasal
sax-xtut tiegħek
U nifhem sew kemm ħafna kont
imqarraq.
Li kieku l-kewkba tiegħi
kont tkun inti
Ġo sema ċar fil-fond ta’
lejla twennes,
Iżd’għadni xorta nisma’
leħnek jidwi
Kull meta tgħidli kont, ma
mmurx nittarraf.
U xorta ngħid li kieku ma
kontx inti
Ma kont se nasal, bl-għamad
fuq għajnejja.
Alfred Grech.
08/11/2025.
Comments
Post a Comment