Iva NIġi

 

Iva niġi u nerġa’ niġi

Imqar jekk illum

Mintomx ħlief il-ħrief li jien niftakar

Fid-demm u l-laħam.

 

Iva niġi, u nerġa’ niġi

Imqar jekk m’għandi xejn

U xejn ma baqa’

X’nista naqsam magħkom.

 

Iva niġi mqar jekk naf

Li jien m’għandnix li kont

U intom m’intomx

Il-ħbieb li darba kontu.

 

Alfred Grech

21/11/2025

Comments

Popular posts from this blog