Insa’.
Insa’ li jiena tlaqt u qatt
ma rġajt ġejt lura,
Duħħan li għeb fil-baħħ ta’
ġrajja mqanqla,
Inkella illi lanqas żmien ma
kelli
Biex nifhem sewwasew x’kien
hemm fil-qalba
Jew naħfru lil xulxin kull għelt
u ħtija.
Hemm raġġ li jista’ għad
jinfidli qalbi,
Messaġġ ta’ mħabba illi qatt
ma wrejtek
Sakemm hawnhekk jien nibqa’
nippassiġġa
Inġorr ta’kull tifkira nibqa’
t-toqol.
Matul iż-żmien li fih
irriflettejna
Fis-skiet ta’ qlubna s-sewwa
konna nafu
Bħal leħen li ġo qalbek
tħoss jivvibra
Dak kollu li jingħad seta’
bejnietna.
Fid-dlam tal-lejl u s-skiet
kollox jiċċara
Id-dlam tal-lejl jinvadi
s-sensi tagħna.
Alfred Grech
22/11/2025
Comments
Post a Comment