Il-Korruzzjoni.

 

Il-korruzzjoni ma tippruvahiex.

Taraha għaddejja fuq ix-xefaq

Inkella bħal mirage

Riekba fuq dahar ta xi ljunfant

Fix-xemx ta’ nofsinhar.

Il-korruzzjoni tgiddbek

Għax taħsbek tifel żgħir ħdejn il-brikkuni

U tibda mbagħad tistaqsi

Jekk intix f’sensik

Jew liem’hu l-kejl li bih trid tkejjel.

Jekk tmur biex tħaffer jew tiskava

Tkun f’periklu li tintradam.

Il-korruzzjoni tbellħek

titkellem bis-sinjalli

Jew tagħmik u tista wkoll titwerreċ

Għax tibda ma tagħrafx

Is-sewwa mill-ħażin

U dak li huwa ċar

Qatt mhu se jidher.

 

Alfred Grech

07/11/2025.

Comments

Popular posts from this blog