Staqsihom Lill-Maltin.
Staqsihom
lill-Maltin kif iħossuhom,
Bħal min xi
ħadd ikun daħlilhom f’darhom
Mingħajr ma
jkun mistieden, bla twissija
U f’daqqa
waħda jsir barrani f’darhu.
Staqsihom
lil Maltin kif fdaqqa waħda,
Żgħira saret
din l-art għan-nies ta’ fuqha
Kien hemm
min issa ħolom biex inżidu
l-art li
nirfsu biex nieħdu ftit mill-baħar.
Għidilhom
lill-Maltin li lanqas baqa’
Fost dawk
l-għorrief li jippuppaw sidhirhom
M’għandu
l-kuraġġli jolqot il-kuxxjenza
U jgħid dak
li kulħadd jixtieq li jisma’.
Alfred
Grech
13/09/2025.
Comments
Post a Comment