Kont Kemm Il-Darba.
Kont kemm
il-darba nibni pont bejnietna
Biex għad
xi darba nnaqqas id-distanzi,
Għax tabilħaqq,
il-bogħod hu bogħod li jqarraq
Jekk ngħixu
ma xulxin u mank niftiehmu.
Jien xtaqt
li ma ngħaddix mill-ilma mdardar,
Mit-tajn
tas-sotterran mudlam u minsi,
Iżda malajr
intbaħt li jien kont ħloqtu
Kull meta
flok ma nżilt jien bqajt naħarbek.
Issa fost
it-tifrik li hemm madwari,
Li lanqas
biss ma naf minn fejn se nibda,
Inħossni dgħajjef
wisq: inħossni waħdi,
Imdawaar biss
mill-baħħ tan-nuqqas tiegħek.
Alfred
Grech
22/09/2025
Comments
Post a Comment